Prenumeratoriai žino daugiau. Prenumerata vos nuo 1,00 Eur!
Išbandyti

L-istorja ta' zewg tewmin Sijamizi li gew separati minn ma' xulxin b'success

2017-04-21 11:18
Grajja li sehhet 3 xhur ilu ...izda kien biss issa li saret maghrufa. Hi l-grajja ta' zewg tewmin bniet Sijamizi li gew salvati f'operazzjoni delikata hafna. Missier it-tfal, huwa Malti. It-tewmin Rosie u Ruby Formosa twieldu fis-27 ta' Lulju li ghadda b'kundizzjoni rari. Huma kienu mwahhlin flimkien minn sidirhom kif ukoll minn parti mill-imsaren. L-operazzjoni ta' hames sighat saret l-ghada tat-twelid taghhom...xi haga li ssoltu ma ssirx ghaliex it-tobba ihallu xhur jghaddu wara t-twelid, izda din l-operazzjoni fuq it-tfal ta' Daniel Formosa u martu Angela irnexxiet. Omm it-tewmin li ghandha 32 sena u tghix flimkien ma' zewgha Malti Daniel f'Kent, kienet ikkwotata tghid li tinsab verament ferhana li wliedha kienu salvati t-tnejn. Irrakkontat ukoll kif kienet ixxukjata meta saret taf li t-tfal taghha kienu se jkunu tewmin Sijamizi, iktar u iktar meta qalulha li c-cansijiet li t-tewmin isalvaw it-tnejn kienu difficli hafna. Angela u Daniel Formosa, li jahdem bhala sewwieq tat-taxis fl-Ingilterra, izzewgu f'Malta sentejn ilu. Huma l-genituri ta' tifla ohra -- Lily, li llum ghandha hames snin. Rosie u Ruby twieldu kmieni, ta' 34 gimgha, fl-isptar ghat-tfal Great Ormond Street, u gew operati mill-ewwel mill-kirurgu Agostino Perro. Minkejja li 'l quddiem se jkollhom bzonn xi interventi medici, l-operazzjoni kienet success, biex it-tfal jistghu jikbru u jghixu hajja normali. Fid-dawl ta' dan il-kaz wiehed jiftakar f'kaz iehor ta' tewmin Sijamizi Maltin - li sfortunatament ma kellux tmiem daqstant sabih. Dak tat-tewmin Ghawdxin Jodie u Mary Attard, li sfortunatament ma setghux isalvaw it-tnejn. U minkejja l-glieda tal-genituri taghhom - Rina u Michelangelo - biex l-ebda wahda mit-tfal taghhom ma tkun sagrifikata biex issalva l-ohra, il-Qrati Inglizi kienu ddecidew li ssir l-operazzjoni li permezz taghha Mary tilfet hajjitha waqt li ohtha Jodie giet salvata.
Temos: 0